Lokali

Owen Bonnici ma jara xejn ħażin fis-€17,000 fix-xahar li ħa Abela

Il-Ministru Owen Bonnici ddefenda s-€17,000 fix-xahar li ħa l-Prim Ministru Robert Abela billi ppruva jiġġustifika din iż-żieda fil-ħlas li ingħata; kuntratt li nkixef mill-media indipendenti.

Dokumenti li waslu għand it-Times of Malta fl-aħħar jiem ikkonfermaw li għal sitt snin sħaħ – sa ma daħal f’Kastilja bħala Prim Ministru – Robert Abela kien qed jitħallas minn butna €17,000 fix-xahar għas-servizzi legali li kien jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan l-iskandlu ħoloq inkwiet kbir fost il-Ministri tal-Gvern, b’dawk li jappoġġjaw lil Joseph Muscat isibuha diffiċli ferm jiddefendu dak li għamel Abela.

Net News saqsa aktar domandi lill-Ministru Owen Bonnici, fejn spiċċa jgħidilna li l-poplu qed igawdi l-miljuni…meta fil-verita, ħafna nies lanqas qed iwasslu sal-aħħar tax-xahar, kaġun taż-żieda enormi fil-prezzijiet.