Sport Sport Ieħor

Tom Brady jikkonferma li se jirtira mill-NFL

Permezz ta’ post fuq il-media soċjali wieħed mill-aqwa atleti ta’ kull żmien Tom Brady ħabbar li se jkun qed jirtira mill-NFL hekk kif t-tim tiegħu, Tampa Bay Bucaneers, kienu eliminati mill-playoffs. Brady rebaħ seba’ darbiet is-Super Bowl, b’sitta’ jirbaħhom man-New England Patriots filwaqt li l-aħħar wieħed jirbħu mat-Tampa Bay Bucaneers fl-2021. B’hekk Brady hu l-aktar player li kiseb suċċess fl-isport tal-futbol Amerikan, liema sport qed jikseb aktar popolarita’ fl-Ewropa.

Wara li ftit jiem ilu ħarġet l-aħbar li Brady se jkun qed jirtira kienu bosta dawk li kitbu u faħħru lil Brady għas-suċċess li kiseb u għall-karriera ta’ aktar minn 20 sena fl-ogħla livell ta’ dan l-isport. Fost id-diversi rekords u unuri li kiseb matul il-karriera tiegħu Brady kien l-MVP f’ħames Super Bowls li rebaħ, fejn għal ħafna Brady huwa ta’ eżempju u idolu għal kif għandu jkunu atleta professjonali.

Fil-messaġġ tiegħu Brady stqarr li ma setgħax ikompli jagħti l-100% tiegħu għall-isport minħabba impenji oħra fosthom il-familja u d-diversi negozji li nvolut fihom. Dan filwaqt li rringrazzja ‘l dawk kollha li b’xi mod kellhom sehem u għinuh fil-karriera glorjuża tiegħu.