Fl-aħħar 24 siegħa mietu ħamest irġiel kaġun tal-Covid-19, bl-etajiet tagħhom huma ta’ 78, 79, 80, 83 u 86 sena. Dan itella’ l-ammont ta’ imwiet f’pajjiżna għal 556.
Fl-aħħar ħamest ijiem rajna l-imwiet ta’ 12-il persuna kaġun tal-virus.
Intant, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li nstabu 227 każ ġdid filwaqt li fiequ 353 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi huma ta’ 2,823.
U preżentament, 94 pazjent jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’ħamsa jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>