Futbol Sport

Mason Greenwood jingħata l-libertà proviżorja

L-attakkant ta’ Man Utd ingħata l-libertà proviżorja wara li ftit jiem ilu ġie arrestat fuq akkużi u allegazzjonijiet ta’ stupru fuq it-tfalja tiegħu. Fuq il-profil tal-media soċjali tagħha, t-tfajla ta’ Greenwood tellgħet recordings u ritratti fejn Greenwood instema’ jkun aggressiv fil-konfront tagħha.

Aktar tard it-Tlieta Greenwood reġa’ kien arrestat fuq allegazzjonijiet ta’ thedid li joqtol kif ukoll fuq abbuż sesswali. Fi stqarrija Man Utd qalu li Greenwood mhux se jkun qed jitħalla jitħarreġ jew jilgħab mal-club wara dawn l-akkużi. Wara l-arrest tiegħu EA Sports, produtturi tal-logħba famuża tal-FIFA, neħħew lil Greenwood minn din il-logħba virtwali filwaqt li qalu li se jkunu qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib.

Greenwood, li ddebutta ma’ Man Utd fl-2019, iffirma kuntratt ta’ erba’ snin fi Frar tal-2021, wara li rnexxielu jikseb fost regolari mal-ewwel tim tal-club.