Lokali

Uffiċjali tad-Dwana b’petizzjoni fil-Parlament dwar inġustizzja li sofrew

Uffiċjali tad-Dwana ressqu petizzjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet wara li ġew imċaħħda mill-penzjoni tas-Servizz. Din il-petizzjoni tressqet mid-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus f’isem 20 ħaddiem tad-Dwana.

Id-Deputat Ryan Callus preżenta l-petizzjoni f’isem il-ħaddiema

Din l-inġustizzja kienet ikkonfermata minn investigazzjoni li saret mill-Ombudsman li sab li “min ilmenta kien sofra inġustizzja” u rrakkomanda lill-Gvern jimxi skont is-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet saret meta l-applikanti għall-kariga ta’ Gwardjani u Uffiċjali tad-Dwana.

Madankollu l-Gvern injora għal kollox lill-Ombudsman u ma rrettifikax is-sitwazzjoni.

Kien għalhekk li dawn l-Uffiċjali għażlu li jressqu l-petizzjoni quddiem il-Parlament sabiex ikunu jistgħu jieħdu dak li kien imwiegħed minnhom meta kienu applikaw għax-xogħol.