Fl-aħħar 24 siegħa mara ta’ 87 sena, u żewġt irġiel ta’ 63 u 93 sena kienu l-aħħar 3 vittmi tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin, bl-ammont totali ta’ vittmi sa mill-bidu tal-firxa tal-virus f’pajjiżna issa jlaħħaq il-559.
Dan ifisser li fl-aħħar sitt ijiem biss, mietu 15-il persuna kaġun tal-Coronavirus.
Dan filwaqt li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ġew irreġistrati 240 każ ġdid, b’92 persuna jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus – inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa wkoll 318 qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus u għaldaqstant il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa naqas għal 2,742.
//= $special ?>