Kif kien mistenni, l-Erbgħa filgħaxija, waqt it-tieni serata tal-Festivatl ta’ Sanremo, kienu mħabbra t-tliet preżentaturi li se jippreżentaw il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li se jsir fil-belt ta’ Turin.
Il-kantati Laura Pausini u Mika flimkien ma’ Alessandro Cattelan se jkunu il-preżentaturi tas-66 edizzjoni ta’ dan il-festival li se jsir bejn l-10 u l-14 ta’ Mejju. Pausini hija waħda mill-iktar kantanti Taljani rinomati u popolari madwar id-dinja kollha. Hija rebħet fost l-oħrajn erba’ Latin Grammy Awards kif ukoll Golden Globe. Ilbieraħ filgħaxija hija kienet waħda mill-mistiedna speċjali waqt it-tieni serata tal-Festival ta’ Sanremo… festival li ilu jsir sa mis-sena 1951.

Il-kantant Mika, jibqa’ msemmi għas-silta li għamlet suċċess internazzjonali ‘Grace Kelly’, filwaqt li Alessandro Cattelan huwa preżentatur Taljan magħruf l-aktar għall-preżentazzjoni tal-edizzjoni Taljana ‘Total Request Live’ kif ukoll X-Factor edizzjoni Taljana.
//= $special ?>