Konferma taż-żieda fl-għoli tal-ħajja; żieda wkoll fid-defiċit tal-Gvern illi laħaq it-8.5% tal-Prodott Gross Domestiku – marġinalment ogħla mir-rata ta’ 8.4% rreġistrata fit-tieni kwart tas-sena li għaddiet. Dan filwaqt li t-tielet kwart tal-2021 baqa’ affetwat mill-pandemija u mill-miżuri li ddaħħlu.
Dan huwa dak li ġie ppubblikat f’rapport mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn intqal li fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kien hemm żieda fil-qgħad meta kumparat mal-kwart ta’ qabel tal-istess sena.
Intqal ukoll li l-produttvita tal-ekmonomija għadha mhux utilizzata speċjalment fis-setturi tat-turiżmu u tad-divertiment. Apparti minn hekk, l-Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku imkejjel mill-Kummissjoni Ewropea naqas ftit mil-livell irreġistrat fit-tieni kwart tal-2021.
Din l-istampa mgħotija mill-Bank Ċentrali ta’ Malta tikkonferma li l-għoli tal-ħajja qed ikun ta’ piż fuq il-poplu.
Infatti esperti ekonomiċi spjegaw ma’ Net News li ż-żieda fil-prezzijiet jista’ jkun li ddum għaddejja xhur.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-aħħar jiem ikkonfermaw żieda ta’ aktar minn 5% fi prezzijiet ta’ prodotti tal-merċa – żieda li ċertament tirrifletti r-realtà tal-ħajja li l-poplu qed ikollu jħabbat wiċċu magħha meta joħroġ jixtri.
Fost il-prodotti li żdiedu hemm il-ħobż, il-ħalib, il-ġobon, żejt, prodotti varji magħmula mill-ħalib u ikel preservat. Żdied ukoll il-laħam u l-ħaxix.
It-tħassib mhux biss huwa fuq iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel iżda l-konsegwenzi li dan kollu qed iġib miegħu. Dan apparti ż-żieda fil-prezz ta’ ċertu mediċini essenzjali.
//= $special ?>