Valletta St. Pauls irritornaw għar-rebħ bi stil meta għelbu lil-leaders tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni San Ġiljan Saints bl-iskor ta’ 3-1. Aktar qabel Senglea Gunners għelbu lil Valletta Stars bl-iskor ta’ 2-0 sabiex issa jinsabu biss punt taħt San Ġiljan Saints filwaqt li saħħew it-tieni post tal-klassifika. Żurrieq Sunrise ftit tħabtu biex għelbu lil Qormi Hotspurs bl-iskor ta’ 7-0 sabiex issa jinsabu biss żewġ punti bogħod mill-quċċata. Marsa St Michael u Tal-Qroqq Versity Kamelasa temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1. Kien riżultat li ma ssodisfa lill-ebda tim fejn l-objettiv kien li jitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika. Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Floriana Fsobians jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika għalkemm b’logħba aktar wara rebħa ta’ 2-1 kontra Gudja Wanderers. Ħal Far Sparks kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Birkirkara St Joseph bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni : San Ġiljan Saints 19 il-punt, Senglea Gunners 18 il-punt , Żurrieq Sunrise 17 il-punt, Valletta St. Pauls 13 il-punt, Marsa St Michael 11 il-punt, Valletta Stars u Tal-Qroqq Versity Kamelasa 7 punti kull wieħed , Qormi Hotspurs 0
//= $special ?>