Wara li s-Sibt li għadda ttellgħet is-serata tal-Malta Film Awards, Il-Prim Ministru Robert Abela għażel li jibqa’ jaħbi kemm ġiet tiswa din is-serata din iċ-ċerimonja lussuża. Filfatt, waqt konferenza tal-aħbarijiet, Rober Abela għażel li jinjora għal kollox din il-mistoqsija.
Minn naħa tiegħu, aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u Żgħażagħ, u kandidat għall-elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista Karl Gouder saħaq li għandu jingħata rendikont ta’ kemm verament sewa dan l-avveniment minħabba li dawk kollha li huma involuti f’dan is-settur qed jibqgħu jixhdu li l-industrija għandha bżonn investiment… liema investiment qed jibqa’ ma jingħatax.
Karl Gouder kompla jispjega kif l-industrija tal-films tinsab tixxennaq għall-fondi, hekk kif għadhom kif intremew bosta flus għal avvenimemt wieħed li serva biss ta’ showcase għall-Gvern Laburista. Din hija prova ċara ta’ kemm il-gvern huwa maqtugħ mir-realtà. Filwaqt li fuq naħa għandek ħafna professjonisti li jixtiequ investiment aħjar, fuq in-naħa l-oħra għandek Gvern li kontinwament qed iberbaq flejjes kbar
//= $special ?>