Lokali Parlament

Impenn għal iktar għajnuna lill-persuni b’abiltajiet differenti

Maria Deguara, PN

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara saħqet fil-parlament fuq l-importanza u l-impenn li nkomplu nagħmlu ħilitna biex sa fejn possibbli persuni b’abilitajiet differenti jingħataw kull għajnuna meħtieġa biex jħossuhom parti integra mis-soċjetà tagħna.

Tkellimna dwar il-bżonn ta’ empowerment li dawn il-persuni ikollom bżonn. B’dan nifhmu mhux biss li nipprovdulhom l-għodda meħieġa iżda wkoll billi nipprovdulhom l-għajnuna kollha biex persuni b’abilitajiet differenti jilħqu l-milja ta’ ħajjiethom.

Hi qalet li l-empowerment għandu jibda sa minn kmieni f’ħajjithom u jibqa’ jsostniehom tul il-mixja kollha li twassalhom, sa fejn hu possibli, fid-dinja tax-xogħol. Ix-xogħol li jingħatalhom għandu jkun ta’ kwalità, imfassal u adekwat għal-ħilijet li jkollhom u renumerat b’mod xieraq. Sa fejn possibbli għandu ikun fuq basi permanenti u li jagħti dinjità lil kull min jagħmlu u jitwettaq f’ambjent li jkun jirrispetta l-ħilijet tal-persuna.

Qed ngħid dan għaliex tisma’ b’numru ta’ kassi fejn persuni b’disbiltajiet differenti jintbatgħu biex jaħdmu xogħol li b’mod ċar ma ikunx addattat għalihom. Bosta drabi ikun xogħol ta’ natura temporanja jew aħjar xogħol għal ftit xhur jekk mhux ftit ġimgħat. Eżempju riċenti kien il-kas fejn ħames persuni b’abilitajiet differenti ġew mitluba jibdew xogħol għal tlett xhur ma’ grupp ta’ ħaddiema oħra.

Kollha kemm huma inkluż il-familji tagħhom kienu kuntenti li bdew jaħdmu però wara ħmistax ħabta u sabta waqfuhom mix-xogħol mhux għax kienu qed jgħatu xogħol ħażin imma qalulhom sempliċiment li ma kienx hemm bżonnhom iżjed. Din ma kienitx l-unika darba li persuni b’diżabilità jiġu mpjegati bi ftiehem għal ċertu perjodu ta’ żmien u wara ftit isibu ruħom mingħajr xogħol.

Dan ma hux sew għax meta jiġri hekk, bir-raġun iħossuhom li huma ma humiex kapaċi u li ġew riġettati mis-soċjetà minħabba nuqqas ta’ abbiltajiet meta mqabbla ma’ ħaddiema sħabhom.

Ma ninsewx li dawn il-persuni u l-familjari tagħhom għandhom is-sentimenti bħal kull persuna oħra u meta jwaqqfuhom mix-xogħol mingħajr ma jingħataw raġuni li tagħmel sens iħossuhom imweġġgħin u umiljati b’effetti ħżiena fuq is-saħħa mentali tagħhom apparti li jiġu demoralizzati, sostniet Maria Deguara.

Ta’ spiss nisimgħu li ix-xogħol jagħti dinjità lil-bniedem u forsi f’kas ta’ persuni b’diżabilità dan jgħodd aktar.

Ix-xogħol għal persuni b’diżabilità jservihom biex jissoċjalizzaw u biex jieħdu posthom fil-komunità u jgħinhom jitgħallmu jipprogrammaw il-ġurnata. Meta jibqgħu jaħdmu fit-tul fl-istess xogħol jidraw ix-xogħol, iħaffu iżjed u l-produzzjoni ta’ xogħlhom tkun tajba wkoll.

Meta persuna b’diżabilità jkollha xogħol permanenti, apparti milli tkunu self supporting tkunu qed tnaqqas l-piż finanzjarju minn fuq il-ġenituri u l-familjari tagħha. Fl-istess ħin il-familjari jkunu jistgħu jkollhom ftit ħin liberu għalihom nfushom.

Għalhekk nappella l-awtoritajiet responsabbli li jekk vera jridu li persuni b’abbiltajiet differenti jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jinħtieġ li jiprovdulhom kundizzjonijiet fejn ikunu jistgħu jtejbu l-abbilitajiet tagħhom.

Importanti ukoll li min iħaddem jimxi id f’ id mal-gvern biex jiġi identifikat tip ta’ xogħol li jirrispekkja l-abiltajiet ta’ dawn il-persuni u sa fejn possibbli, mhux biss ikun xogħol ta’ kwalità, imma ukoll ikun wieħed permanenti.

Daqstant importanti l-fatt li ħaddiema fuq il-post tax-xogħol fejn jiġu impjegati persuni b’diżabilità jingħataw għarfien u taħriġ speċjali ta’ kif iġibu ruhhom ma dawn sħabhom jekk vera rridu li l-ħaddiema kollha jaħdmu f’daqqa f’armonija.

Minkejja li kull wieħed minna għandu abilitajiet differenti jibqa’ l-fatt li-kulhadd għandu dritt għal xogħol ta’ kwalita’, imħallas b’mod xieraq u forsi aktar importanti xogħol li jagħti dinjita’ lil minn jaħdmu.

Huwa għalhekk responsabiltà mhux biss ta’ l-awtoritajiet li jipprovdu programmi personalizzati xierqa, imma ukoll ta’ kull settur tas-soċjetà li jemmen fil-ġustizzja u l-ugwaljanza bejn il-membri kollha , inkluż dawk fostna b’abbiltajiet differenti, biex jipprovdulhom kull opportunità għal xogħol ta’ kwalità.

Dan jifforma il-bażi tal-kunċett tas-solidarjretà u dak tas-sussidjarjetà, sostniet Maria Deguara,