Bis-suċċess ta’ Eġittu fit-tieni semi finali, l-edizzjoni tal-2022 tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika se tkun bejn Senegal u Eġittu. Minkejja li Kamerun kellhom għal ħin twil aktar pussess tal-ballun sad-90 minuta l-iskor baqa’ dak ta’ 0 – 0 u daqstant ieħor fi tmiem il-ħin barrani, l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Vincent Ababakar poġġa lil Kamerun fil-vantaġġ meta skorja l-ewwel penalty.
Immedjatament wara kien Zizo li għeleb lil Andre’ Onana biex skorja għall-Eġittu. Fit-tieni serje Harold Moukoudi falla għal Kamerun sabiex bil-gowl ta’ Mohamed Abdelmonem l-Eġittu 2 – 1 fil-vantaġġ. James Lea Siliki naqas milli jgħeleb lil Mohamed Abougabal sabiex wara li Mohanad Lasheen għeleb mill-ġdid lil Onana, id-destin għal Kamerun kompla jkun kiefer wara li Clint N’Jie falla għat-tielet darba. Riżultat li permezz tiegħu l-Eġittu sabu post fil-finali kontra Senegal.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
Semifinali: Ilbieraħ: Burkina Faso v Senegal 1-3, Illum: Kamerun v Eġittu 0-0 (1-3)
Finali: Il–Ħadd: Senegal v Eġittu 8.00pm
//= $special ?>