Sport Sport Ieħor

Luxol jirbħu l-konfront dirett kontra Valletta

Ritratt (Joe Borg)

Luxol St Andrews baqgħu jżommu l-konsistenza fl-Enemed Futsal League meta fil-konfront dirett kontra Valletta huma rebħu bl-iskor kbir ta’ 7-1. Protagonist ta’ din il-partita kien il-plejer Brażiljan Maicon da Silva Gaiewski li skorja żewġ gowls. Min-naħa l-oħra l-plejer żagħżugħ Nathan Cope, Mark Zammit, Emil Raducu, Marwan Telisi u Everton Veve skorjaw il-bqija tal-gowls għal Luxol. Ironikament Karl Sciortino kien poġġa lil Valletta fil-vantaġġ. Ta’ Xbiex ftit tħabtu kontra Siġġiewi fir-rebħa ta’ 9-2. L-Universita’ ta’ Malta baqgħu jżommu l-pass ma’ ta’ fuq b’ rebħa ta’ 9-2 kontra Marsaskala filwaqt li Żurrieq kisbu rebħa ta’ 5-0 kontra Qormi. Naxxar issoprendew lil Mellieħa fir-rebħa ta’ 3-2.

Fil-klassifika tal-Kampjonat ENEMED FUTSAL: Luxol 27 punt , Valletta 24 punt , Universita’ ta’ Malta 21 punt , Ta’ Xbiex 18il-punt , Mellieħa u Naxxar Lions 15 il-punt, St George’s 9 punti , Żurrieq 7 punti , Qormi u Siġġiewi 6 punti , Marsaskala 1 punt.