Dak li seħħ dalgħodu f’Marsaxlokk kien deskritt bħala tentattiv iddisprat, ta’ Prim Ministru f’paniku li inqabad kemm kien qed jieħu eluf minn kuntratt tal-Gvern. Iżda minflokk ma sema’ l-karba ta’ ħafna dwar l-għoli tal-ħajja – meta hu ħa 17,000 fix-xahar – illum b’ħafna pompa Abela ħabbar li lill-ħaddiema se jkun qed jagħtihom cheque ta’ 100 ewro. Ammont ta’ flus li bilkemm ikopri l-miljuni misruqa mill-kontijiet tad-dawl; aħseb u ara l-għoli tal-ħajja
Huwa evidenti li l-problemi għall-Prim Ministru komplew jiżdiedu wara li inqabad li kien qed jieħu 17,000 ewro fix-xahar imħallsa mit-taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin. U f’mossa biex jipprova jikkontrolla l-kritika qawwija fil-konfront tiegħu għall-eluf li ħa mill-Awtorità tal-Ippjanar, Robert Abela vvinta konferenza tal-aħbarijiet biex b’ħafna pompa jħabbar li se jagħti cheque ta’ 100 ewro lill-ħaddiema.
Is-sensittivita ta’ Robert Abela żgur li sfumat fix-xejn wara li din il-ġimgħa inqabad li kien qed idaħħal 17,000 ewro fix-xahar – u għall-ħaddiema, 100 ewro ta’ darba. Meta pressat bid-domandi tal-ġurnalisti, il-Prim Ministru reġa’ ġġustifika l-eluf li kellu billi saħaq li kien jaħdem kwantitajiet ta’ sigħat inkluż fil-weekend, b’dedikazzjoni sħiħa. L-istess sigħat, inkluż fil-weekend, li b’dedikazzjoni jagħmlu l-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin, inkluż il-frontliners li għalihom ma sabx 17,000 biex jagħtihom bonus.
Meta pressat bid-domandi tal-ġurnalisti, Robert Abela prova jiġġustifika l-eluf li ħa hu billi qabbilhom maċ-ċiċċri li se jagħti lin-nies. Dan meta kompla bir-retorika ta’ x’għamel fl-aħħar sentejn; biex b’hekk ħarab mill-mistoqsijiet dwar dan il-kuntratt oxxen ta’ 17,000 li ħoloq skumdità kbira għall-magna ta’ Kastilja.
F’Marsaxlokk, il-Prim Ministru naqas milli jsemmi, li fl-aħħar sentejn, apparti skandlu wara l-ieħor ta’ tberbieq ta’ flus il-poplu, il-Gvern Laburista kompla jisraq lin-nies mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma għaliex ħallihom jinħadmu ħażin. U filwaqt li għalih ħa 17,000 Ewro fix-xahar – għall-familji ma sabx fondi biex jagħti l-flus żejda li ġew misruqa mill-kontijiet.
B’kuntrast għal dan, Gvern mmexxi minn Bernard Grech se jirrifondi l-miljuni misruqa mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jiżgura living wage diċenti, jipprovdi fond ta’ €40 miljun biex jikkumpensa għall-ispejjeż tat-trasport tal-importaturi u l-manifatturi, u jieqaf jaħli l-uq kuntratti korrotti.
//= $special ?>