Lokali Qorti

Jammetti li gidem lill-pulizija f’Mater Dei

Raġel ta’ 53 sena minn Wied il-Għajn ingħata sentenza sospiża u ordnat iħallas multa kbira wara li ammetta li gidem uffiċjal tal-pulizijRaġel jammetti li gidem lill-pulizija f’Mater Dei.a fl-Isptar Mater Dei. Ċittadin Ċiniż, bl-isem ta’ Jianlin Shen, tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat li attakka, insulta u hedded impjegat pubbliku fil-qadi ta’ dmirijietu u li m’obdiex ordnijiet leġittimi.

L-Ispettur Jonathan Ransley, li mexxa l-prosekuzzjoni, qal lill-Qorti kif l-akkużat kien iddaħħal l-isptar Mater Dei fl-24 ta’ Jannar, wara li kien involut fi ġlieda f’Marsascala. Waqt li kien l-isptar, ir-raġel għalaq lilu nnifsu fil-kamra tal-banju u rrifjuta li joħroġ barra.

Il-pulizija kienu ssejħu biex jassistu. Wara Uffiċjal ħabbat il-bieb u eventwalment ikkonvinċa lir-raġel jiftaħ il-bieb, u f’liema ħin l-akkużat gidmu. Mistoqsi x’kien qed iwieġeb għall-akkużi kontrih, Shen wieġeb ħati. Għaldaqstant il-Qorti sabitu ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess, u kkundannatu sitt xhur ħabs, sospiżi għal sentejn, u ordnatlu jħallas multa ta’ €4,000. Wara talba mill-avukat difensur Jason Grima, il-Qorti ppermettiet lil Shen iħallas il-multa f’pagamenti ta’ €500 fix-xahar.