Sfortunatament, raġel ta’ 71 sena mill-Imġarr tilef ħajtu traġikament fi Triq Wied il-Qoton f’Birżebbuġa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.
Jidher li r-raġel kien qiegħed jgħin ħaddiem ieħor jimmanuvra trakk meta intlaqat mill-istess vettura. Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li bdew jassistu lill-vittma iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Ix-xufier tat-trakk li huwa raġel ta’ 35 sena mill-Mosta ma ġarrab ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>