Colin Schembri
KAMPJONAT MAPFRE MSV LIFE NISA
Starlites Naxxar ………………….. 44
Caffè Moak Luxol …………………. 43
(13-9)(12-10)(8-11)(11-13)
Starlites: M. Riolo 3, S. Farrugia, M. Bonett 12, S. De Martino 12, K. Portelli, A. Simmons 11, M. Fenech, D. Camilleri, S. Davies 6, C. Curmi.
Caffè Moak Luxol: V. Selvaggi, S. Pace 7, F. Camilleri, H. Galea, A. Borg 4, P. Ellul 5, M. Camilleri 9, J. Diaby 18.
Referees: Ivica Simic, Iounut Ciurariu, Fanny Fabok
Starlies kisbu rebħa drammatika kontra Caffè Moak Luxol bil-basket finali jasal minn Maria Bonett fl-aħħar sekondi tal-partita. Però Luxol haqqhom tifħir għall-prestazzjoni tagħhom minkejja li kienu biss bi 8 players għal raġunijiet diversi fejn kien hemm id-debutt mal-kbar ta’ Michelle Camilleri li kien wieħed mill-aqwa f’partita daqshekk diffiċli u mportanti. Luxol ma setgħux jużaw lill-aħħar akkwist tagħhom, il-Brażiljana Palmira Marcal li fost l-oħrajn ħadet sehem fil-logħob Olimpiku tal-2016 mat-team nazzjonali Brażiljan.
Starlites ukoll kellhom players neqsin bħal Andie Saliba u Simone Wilke. Il-partita kellha bidu kajman u ta’ skor baxx tant li wara l-ewwel ftit minuti saru biss żewġ baskets, wieħed fuq kull naħa minn Josephine Diaby u Steffi De Martino. Wara ħin bla punti, Starlites marru fuq quddiem bil-baskets tal-Amerikana Amelian Simmons però Luxol wieġbu bi trippla ta’ Josephine Diaby flimkien ma’ Sarah Pace u Antoinette Borg biex marru fuq quddiem 9-7. L-aħħar punti tat-taqsima ġew kollha minn Starlites permezz ta’ Stephanie Davies u Maria Bonett għal skor ta’ 13-9. Fit-tieni sessjoni, Bonett kompliet bil-punti tagħha għal Starlites biex tathom vantaġġ ta’ 8 punti. Paula Ellul u Diaby rrispondew għal Luxol flmkien ma’ trippla ta’ Pace iżda kienu Starlites li daħlu jistrieħu fuq quddiem 25-19 wara basket ta’ Steffi De Martino.
Fit-tielet taqsima l-punteġġ baqa’ wieħed baxx u wara punti ta’ Simmons u De Martino għal Starlites, Luxol għamlu sitt punti mingħajr risposta fosthom żewġ baskets tad-debuttanta Camilleri biex fi tmiem il-perjodu, Starlites kienu 33-30 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-partita baqgħat kumbattuta biż-żewġ timijiet viċin ta’ xulxin. Luxol fetħu b’aktar punti minn Camilleri qabel ma Starlites wieġbu permezz ta’ De Martino u Simmons. Diaby u Camilleri għamlu l-iskor indaqs 37-37 bi Starlites iwieġbu bi trippla ta’ Mikela Riolo li minkejja li kellha biss 3 punti, għamlet xejn anqas minn disa’ assists lejn sħabha. Luxol marru minn fuq wara baskets minn Diaby u Borg 41-40 però fl-aħħar minuti Starlites għamlu żewġ baskets fosthom dak deċisiv ta’ Bonett li rahom jerbħu l-partita 44-43.
Hibernians ……………….. 70
ARMS Depiro ……………… 51
(15-5)(14-19)(17-12)(14-15)
Hibernians: E. Farrugia, Y. Bonett 17, A. Van Vliet 3, J. Abela 9, C. Camilleri, K. Jenkins 26, N. Farrugia 6, K. Caruana 9, K. Conti, K. Fenech, J. Dabic.
ARMS Depiro: M. Caruana 4, Ni. Agius 25, J. Xerri 2, J. Mallia, L. Duncan, T. Mifsud Tanti, C. Ciantar 5, N. Ebejer, N. Borg 2, D. Galea 13, A. Mallia, C. Fenech.
Referees: Bernard Vassallo, Florentina Ciurariu, Matthew Scerri
Hibernians kisbu t-tmien rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil ARMS Depiro 70-51. Depiro kienu mingħajr l-Amerikana Hannah Johnson li jidher li se tibqa barra għal diversi ġimgħat b’injury f’dahra fil-waqt li Hibs ukoll se jkollhom jagħddu mingħajr Sam Brincat għal xi partiti. Hibs kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta għamlu l-ewwel ħdax -il punt fosthom trippla ta’ Jasmine Abela u baskets mill-Amerikana Kenyotta Jenkins, u Ylenia Bonett.
L-ewwel punti ta’ Depiro ġew minn Nicole Agius però fi tmiem is-sessjoni Hibs kienu 15-5 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs fetħu bil-punti ta’ Ashleigh Van Vliet u wara risposta minn Depiro permezz ta’ Danika Galea u Agius, Jenkins kompliet bil-punti għall-Pawlisti li fetħu vantaġġ ta’ 12 -il punt 27-15. Hawn Depiro kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-2 li bdewha bi trippla ta’ Agius u l-punti ta’ Galea u Monique Caruana biex fil-mistrieħ il-vantaġġ ta’ Hibs niżel għal 5 punti 29-24.
Wara l-intervall, kien hemm punti fuq kull naħa qabel ma Hibs reġgħu kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Jenkins u Kirsty Caruana. Agius għamlet trippla oħra għal Depiro, però Abela wkoll kellha trippla għal Hibs li reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt 46-32. Lejn tmiem is-sessjoni kien hemm 4 punti konsekuttivi minn Galea għal Depiro għal skor ta’ 46-36. Fl-aħħar taqsima Hibs għamlu l-partita tagħhom meta għamlu run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Naomi Farrugia u baskets minn Jenkins u Bonett biex fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 61-40. Sa’ tmiem il-partita kien hemm ħin għal żewġ trippli oħra ta’ Agius għal Depiro u t-tielet waħda ta’ Abela għal Hibs li baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 70-51.
//= $special ?>