Sue Abela rebħet it-TGS Fair Play Award għall-perjodu bejn Ottubru u Diċembru ppreżentat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u minn Together Gaming Solutions. Sue Abela hija ċ-champion lokali u Ewropea tat-Tenpin Bowling ngħatat dan l-unur wara li tat il-midalja li rebħet fil-Kampjonati tal-Mediterran liż-żagħżugħ promettenti Kayden Lagana.
“Aħna impressjonati ferm u ta’ min ifaħħar is-sens ta’ leadership tas-Sinjura Abela. Dan huwa ġest ta’ ispirazzjoni u li tassew jixraqlu li jkun applawdit u rikonoxxut b’dan il-Fair Play Award,” qal Edward Licari Direttur ta’ Together Gaming Solutions.
Il-preżentazzjoni tat-TGS Malta Fair Play Award saret fil-preżenza ta’ Andrea Critien mid-dipariment tal-Finanzi u r-Riżorsi Umani, Benjamin Delsinger Direttur Maniġerjali u Edward Licari Direttur ta’ Together Gaming Solutions, fl-uffiċini tagħhom f’San Ġiljan. Preżenti f’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm il-President Sandro Micallef, is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham, l-Amministratur Stephen Azzopardi u l-membru Josef Galdes. Charles Camenzuli kien preżenti f’isem il-Malta Fair Play Movement.
//= $special ?>