Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 214 każ ġdid – imut raġel

Il-pandemija fil-Gżejjer Maltin ħatfet vittma oħra hekk kif fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu raġel ta’ 78 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Dan ifisser li fl-aħħar 18-il jum biss il-vittmi tal-virus ammontaw għal 54, bit-total ta’ fatalitajiet sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa laħqu l-560.

Il-Ministeru għas-Saħħa spjega li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ġew irreġistrati 214 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li l-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li jinsabu pożittivi għall-virus żdiedu għal 98, inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dan filwaqt li 280 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa, bil-każi attivi issa qed jammontaw għal 2,675.