Raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Għaxaq qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn vettura f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq għal ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li safa mtajjar minn vettura misjuqa minn raġel
ta’ 60 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post mar tim mediku li ta lill-vittma l-ewwel għajnuna u iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.