Lokali

“Id-Dar tal-Providenza hi s-sinjal tal-imħabba ta’ Alla” – L-Isqof Anton Teuma

L-Isqof ta’ Għawdex, Anton Teuma iddeskriva d-Dar tal-Providenza bħala s-sinjal tal-imħabba ta’ Alla waqt l-ewwel żjara tieghu fid-Dar tas-Siġġiewi minn mindu laħaq Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex f’Awwissu 2020. Waqt iż-żjara, hu ikkonċelebra qudddiesa fil-kappella tad-Dar flimkien mad-Direttur, Fr. Martin Micallef.

Fl-omelija tiegħu, l-Isqof Teuma qal li d-Dar tal-Providenza ma kienetx biss turija ta’ dedikazzjoni u mħabba lejn ir-residenti tagħha imma wkoll eżempju għall-Maltin u Għawdxin li ma waqfux isostnuha finanzjarjament u bil-volontarjat li ħafna jagħtu.

L-Isqof Teuma faħħar u irringrazzja lil Fr. Martin u t-tmexxija tad-Dar, il-carers u l-ħaddiema l-oħra kollha għall-għożża li għandhom għar-residenti li jieħdu ħsieb.