Madwar id-dinja kollha llum qed jitfakkar Jum il-Kanċer bit-tema għal din is-sena tkun Close The Care Gap, b’enfażi biex ma jkunx hemm diskrepanza bejn il-kura li tingħata f’pajjiżi żviluppati u dawk inqas.
F’pajjiżna il-medja ta’ mwiet ikkaġunati minn xi tip ta’ kanċer hija ta’ waħda minn kull erba’.
Globalment, l-irġiel għandhom aktar ċans li jimirdu bil-kanċer minn nisa, b’madwar 619 raġel għal kull 100,000 u 464 mara minn kull 100,000 li jiżviluppaw din il-mard.
F’Malta dan il-jum qed jiġi mfakkar minn diversi organizzazzjonijiet u f’istituzzjonijiet differenti bħal skejjel.
Għal din l-okkażjoni il-Fondazzjoni Smiling With Jerome qed torganizza attività li permezz tagħha bejn illum u l-14 ta’ dan ix-xahar il-pubbliku huwa mistieden jimxi b’riża il-Chemo Bags of Hope.
L-attività bl-isem Walk for Jerome il-pubbliku hu mistieden jagħżel ħin u ġurnata li fiha jmur jimxi, waħdu, mal-ħbieb jew mal-pet tiegħu u jibtħat video ta’ din il-mixja u jibgħata fuq smilingwithjerome@gmail.com.
Kull min jipparteċipa f’din l-attività u jibgħat il-filmati tiegħu jingħata ċertifikat, u jkollu wkoll ċertifikat b’isem il-pet li jkun ħa miegħu.
Dawk interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook Smiling with Jerome.
//= $special ?>