Bosta saħqu li d-diskors tad-Deputat Laburista u eks Segretarju Parlamentari tal-Anzjani, Silvio Parnis, huwa wieħed surreali fid-dawl tal-aħħar aħbarijiet żvelati f’dawn il-ġimgħat.
Dan hekk kif fuq il-midja soċjali Parnis, li fl-eqqel tal-pandemija kien ta’ biċċa kejk lir-residenti fid-Djar tal-Anzjani biex jagħmlu kuraġġ, saħaq li dejjem emmen fil-Partit Laburista għaliex dejjem ħadem biex jgħin il-fqir. Prontament, saħaq li ltaqa’ ma’ ġuvni hu staqsieh x’kien se jiekol…biż-żgħażugħ jgħidlu ma kienx jaf.
Hawnhekk Parnis ħass li kellu jiftaħar bis-Soup Kitchen li permezz tagħha dan il-ġuvni jista’ jgħix b’dinjità.
Madanakollu bosta insistew li dan huwa diskors surreali li filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela jgawdi minn €17,000 fix-xahar minn kuntratt wieħed, il-Campaign Manager tal-Ministru Chris Fearne, Carmen Ciantar tgawdi minn €13,000 fix-xahar…bil-lista ta’ nies fil-qalba tal-Labour tkompli tiżdied mat-tgerbib tal-jiem…hija daħka fil-wiċċ.

Dan filwaqt li insistew li minflok jippoppaw bis-Soup Kitchen hemm bżonn ta’ għajnuna immedjata, ferm aħjar mill-€1.75, sabiex jikkumbattu l-għoli tal-ħajja.
Diversi persuni saħqu li bl-affarijiet essenzjali dejjem jiżdiedu fil-prezz inkluż ħalib, laħam, ħxejjex, ħobż eċċ ma jistgħux ilaħqu mal-ħajja – b’sagrifiċċji enormi biex jaslu sal-aħħar tax-xahar.
Oħrajn spjegaw li bil-€100 għotja ċertament mhux se tkun qed issolvi din il-problema u, fil-verità, b’din it-tip ta’ għajnuna u bis-sitwazzjoni li ninsabu fiha xorta waħda mhux se jkollhom bida tanġibbli f’ħajjithom aħseb u ara min għandu bżonn is-servizzi tas-Soup Kitchen.
//= $special ?>

