Knisja Lokali

L-Arċidjoċesi b’kor għal waqt diversi attivitajiet djoċesani

L-Arċidjoċesi ta’ Malta se twaqqaf kor biex janima Quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il-kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti.

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li dawk kollha minn 9 snin ’il fuq jistgħu japplikaw u, għalkemm mhux neċessarju, tagħrif bażiku fil-qari tal-mużika jitqies ta’ vantaġġ.

Il-Kurja qalet li l-kor se jkun taħt it-tmexxija tal-Mro Christopher Muscat, maestro di cappella tal-Katidral Metropolitan u Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Dawk interessati għandhom japplikaw fuq choir@maltadiocese.org sal-Ġimgħa, 11 ta’ Frar.