Għal kważi dax-xahrejn li ġejjin it-tiġijiet se jibqgħu bl-istess restrizzjonijiet imposti s’issa…filwaqt li l-isport lanqas biss ġie kkunsidrat.
Dan huwa fost il-ħafna li ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hekk kif spjega li mill-1 ta’ April ir-restrizzjonijiet marbuta mat-tiġijiet se jkunu qed jinbidlu bi ftit hekk kif il-persuni li jistgħu jattendu għal tieġ bilwieqfa huma ta’ 300 mlaqqmin, b’tiġijiet seated jibqgħu jammontaw għal 500.
Ġie spjegat li minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar iċ-ċertifikat tat-tilqim mhux se jibqa neċessarju biex jiġi ppreżentat fir-ristoranti, snackbars.
F’dak il-jum ukoll… se jkunu qed jitneħħu kompletament ir-restrizzjonijiet fid-djar u residenzi privati. Dan filwaqt li mis-7 ta’ Frar se jkunu qed jiġu estiżi l-ħinijiet tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei.
Tħabbar ukoll, fost l-oħrajn, li huwa previst li mill-21 ta’ Frar il-kwarantina tal-primary contacts tonqos minn 7 għal ħamest ijiem. U b’effett immedjat tfal li għandhom bejn il-5 snin u l-11-il sena u li huma mlaqqma bi sħiħ se jagħmlu biss sebat ijiem kwarantina u fil-21 ta’ Frar tonqsilhom għal 5.
Intant minn normalita gdida ta’ Jannar tal-2021, li issa certament ilha li salpat ….il-Gvern issa qieghed iwiegħed normalita ġdida għall-aħħar tar-rebbiegħa….bid-Deputat Prim Ministru ma jeskludix li t-teħid tal-booster jibda jsir darba fis-sena.
//= $special ?>