Tliet Psikjatri mqabbada mill-Qorti jridu jivvltaw jekk Abner Aquilina kienx fi stat ta’ ġenn meta qatel lil Paulina Dembska u li jridu wkoll jiddeċiedu jekk mhux mentallment stabbli biex ikompli għaddej il-każ. Hekk kif qed tkompli l-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront ta’ Abner Aquilina ta’ 20 sena, li jinsab akkużat li stupra u qatel lill-istudenti Pollakka Paulina Dembska, irriżulta wkoll li l-kundizzjoni psikjatrika tal-akkużat sejra lura fejn huwa reġa’ ttieħed l-isptar Mount Carmel minħabba l-mod ta’ kif qed jaġixxi.
Għalkemm il-Maġistrat ċaħdet talba mid-difiża biex jiġu sospiżi l-proċeduri abbażi ta’ artiklu partikolari fil-kodiċi kriminali ta’ Malta, hija madankollu ddeċidiet li tissospendi l-kumpilazzjoni tal-provi – iżda abbażi ta’ dispożizzjoni oħra fil-liġi.
Il-qorti se tiġi ppreżentata bl-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni psikjatrika fil-11 ta’ Marzu. Il-maġistrat jissospendi l-każ sa dak iż-żmien u dan dejjem jekk ir-rapport ikun lest. Il-maġistrat tenniet li hemm suspett raġonevoli li l-imputat għandu problemi mentali. Hija għalhekk ħatret tim ta’ tliet psikjatri biex jiddeterminaw jekk Abner Aquilina kienx fi stat ta’ ġenn fil-ħin tad-delitt.
Il-Maġistrat bdiet is-seduta billi qalet li fit-3pm tal-Ħamis, ġiet infurmata mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li Aquilina mhux se jattendi għas-seduta. Huwa ttieħed fil-faċilità tas-saħħa mentali ta’ Mount Carmel, qalet il-maġistrat lill-qorti, u li se jinħareġ ċertifikat mediku biex jiddikjara li mhux se jkun jista’ jattendi.
Il-psikjatra Joseph Roger Saliba kien l-ewwel xhud. Huwa d-direttur kliniku tal-ħabs u t-taqsima forensika f’Mount Carmel. Saliba qal li ra lil Aqulina jumejn ilu u l-kundizzjoni psikjatrika tiegħu kienet qed tmur għall-agħar. Huwa wera sinjali li kien psikotiku iżda l-medikazzjoni kienet qed taħdem.
Il-psikjatra qal ukoll li nhar l-Erbgħa Aquilina li ma riedx jieħu l-medikazzjoni tiegħu u li ma kienx l-istess persuna, u qalilhom li hemm ix-xitan ġewwa fih. Għalhekk ġie trasferit lejn Mount Carmel u issa jinsab taħt sorveljanza kontinwa. Sal-Ħamis li għadda, Aquilina kien neħħa l-ħwejjeġ kollha, imblokka t-toilet u kellu jiġi injettat b’kalmant tliet darbiet, tenna l-psikjatra.
Huwa kien qed jirrakkonta dettalji grafiċi ta’ dak li wettaq mal-vittma u kien qed jirrifjuta li jieħu l-medikazzjoni tiegħu. “Huwa beda jheddidna bis-superpotenzi tiegħu, li kien se jiġi msallab fuq salib rasu ‘l isfel,” sostna Saliba fi-qorti. Saliba qalu wkoll li reġa’ rah dalgħodu, il-Ġimgħa. “Kien għarwien għal kollox, iżomm il-parti tiegħu f’idu u jordnalna biex ninżlu għarkubbtejna quddiemu,” .
Wara beda jsir il-kontreżami lill-psikjatra minn Stefano Filletti, l-avukat li jaġixxi bħala parte civile għall-familja tal-vittma, Paulina Dembska. “Taf li meta ġie arrestat, semma lix-xitan diversi drabi?” Filletti staqsa. Il-psikjatra qal li Aquilina enfasizza li ma kienx marid mentalment iżda qal ukoll li għandu bżonn ħin joqgħod fl-ispazju. Huwa inkonsistenti, “kompla i-pskjatra.
Kompla jgħid li l-uffiċjali kellhom ikunu b’saħħithom biex jinjettaw il-medikazzjoni. Filletti staqsa jekk kienx kumbinazzjoni li ġara lejlet seduta tal-Qorti. “Ma rajtix stramba le,” wieġeb il-psikjatra. Qal li ma kienx konxju tas-seduta tal-Qorti u skopra dan biss nhar il-Ħamis.
Il-Maġistrat staqsiet jekk jistax ikun hemm rabta bejn is-seduta tal-qorti u l-problema tiegħu f’dan il-mument. Il-psikjatra qal li ma kienx kapaċi jagħmel din il-konnessjoni. “Kieku kont naf dwar is-seduta tiegħu fil-qorti, ma kinitx taffettwa d-deċiżjoni tiegħi li nittrasferih għal Mount Carmel,” tenna Saliba.
Jgħid li Aquilina kien qed “qed jaġixxi bħala persuna oxxena” meta rah nhar il-Ħamis. L-avukati bdew jargumentaw. L-avukat difensur Mario Mifsud qed joġġezzjona li ċerti dettalji jingħadu fil-qorti. Jgħid li wara s-seduta tal-qorti se jidderieġi lill-klijent tiegħu biex ma jkellem lil ħadd jekk joħorġu ċerta dettalji fil-qorti.
L-Avukat Stefan Filletti qajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ Aqulina. Il-qorti għandha l-awtorità li tkompli tisma’ l-każ anke jekk l-akkużat ma jkunx preżenti. Madankollu, Aquilina ma tqiegħedx taħt att ta’ akkuża. Il-funeral ta’ Paulina Dembska se jsir is-Sibt fil-Polonja. Parte civile temmen li s-soluzzjoni hi li l-limitu ta’ żmien impost mil-liġi jitwaqqaf.
L-avukat tal-familja jgħid li l-qorti trid tiżgura li Aquilina ikun tajjeb għall-proċess. “Aħna nemmnu li kien hemm imġieba ħażina mhux mard mentali,” jgħid Filletti. “Huwa suspettuż ħafna li kellu din ir-rikaduta jumejn qabel is-seduta.” Filletti jgħid li se jintuża biex iwaqqaf il-proċeduri. Huwa talab differiment.
L-avukat difensur Mario Mifsud qal li meta tressaq Aquilina, il-Qorti ngħatat dokument li ddikjara li huwa f’saħħtu biex jiġi interrogat u mressaq il-Qorti. Huwa talab li l-persuna li tkun ħarġet dik id-dikjarazzjoni tiġi ordnata tidher il-qorti biex tixhed u tikkonfermaha bil-ġurament.
“Irridu naraw jekk din iċ-ċertifikazzjoni nħarġetx minħabba l-pressjoni li ddur madwar dan il-każ,” saħaq Mifsud. Id-difiża hija interessata fil-ġustizzja u li tistrieħ fuq speċjalisti mediċi. Madankollu, f’dan il-każ, ġiet ipprovduta sempliċi biċċa karta ta’ żewġ linji li tiddikjara li l-pazjent kien tajjeb għall-interrogazzjoni.
Mifsud talab ukoll lista tal-medikazzjoni mogħtija lil Aquilina. “Bħal li kieku l-pressjoni ma kinitx biżżejjed biex jitressaq il-qorti, u issa hemm abbozz ta’ liġi dwar il-femiċidju biex tgħaxxaq kollox, qal Mifsud. L-Avukat Filletti wieġeb billi qal, “meta d-difiża titkellem dwar pressjoni, għandha tiftakar li hemm vittma li lanqas biss ġiet midfuna u li ġiet stuprata wara vjolenza ta’ portata kbira.
Hija inkonsistenti li jekk l-imputat kien qed jiftaħar b’dak li għamel lill-vittma, illum ma jkunx hawn għax ġie ddikjarat bħala psikotiku. Filletti qal li Aquilina ġie mistoqsi jekk kienx jiddispjaċih iżda l-avukat mhux se jirrepeti t-tweġiba tal-akkużat hawn għax hija xokkanti. Iva, hemm suspettat li huwa innoċenti sakemm jiġi ppruvat ħati, iżda hemm vittma u l-familja tagħha,” jgħid. “Aħna inkwetati li din il-logħba se sseħħ f’kull seduta.”
L-Avukati Filletti u Mifsud flimkien jitolbu lill-qorti biex tissospendi l-ħinijiet preskritti fil-liġi. Filletti qed jirriserva wkoll id-dritt li jitlob il-ħatra ta’ tim ta’ psikjatri biex jiġi ddeterminat jekk l-akkużat jistax jattendi s-seduti tal-qorti u jiġi ddikjarat tajjeb għall-proċess.