Preżentament il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson jinsab ffaċċjat minn sensiela ta’ riżenji fost l-uffiċjali li kienu jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu.
Dawn ir-riżenji ġew fl-isfond tal-kontroversja li nqalgħet dwar il-festini li saru f’10, Downing Street.
Fil-Partit Konservattiv, li jmexxi Johnson, qed jiżdiedu dawk li qed jitilfu l-fiduċja, bi 17-il deputat ġew rappurtati li bagħtulu ittra li fiha qalulu li tilfu l-fiduċja fih.
Jekk jitilgħu għal 54 id-deputati li jitilfu l-fiduċja f’Johnson ikun hemm bżonn li ssir elezzjoni fi ħdan il-Partit Konservattiv biex jiġi kkonfermat jew sfiduċjat bħala mexxej tal-Partit.
//= $special ?>