Diżappunt kbir… nghatajna l-ġenb… qalbna mweġġa’ il-Gvern ma jridx jismagħna… injorana”.
Din hija ftit mir-rabja u l-frustrazzjoni li bhalissa ghaddejjin minnha diversi dilettanti tal-festa ta’ San Pawl hekk kif il-Gven ħass li m’għandux jaghtihom widen u jasal għal kompromess sabiex issir il-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Pawl.
Fl-aħħar jiem saret laqgħa bejn l-Awtoritajiet Ċivili fejn kien hemm preżenti kemm il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu kif ukoll il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne flimkien mal-Għaqda Każini tal-Baned fejn ħarġet l-aħbar li l-festi esterni x’aktarx se jsiru b’mod normali minn April li ġej… bil-festa ta’ San Pawl li ssir fil-Belt Valletta titħalla barra u lanqas biss ġiet ikkunsidrata.
“Ovjament inħossuna disappuntati ħafna u spiċċajna f’sitwazzjoni antipatika immens.”
“Il-qalb tal-Pawlini kollha hija mweġġa għax ovjament hija sitwazzjoni li ma stennejniex.’”
“Qalbna maqsuma.”
Net News żar it-toroq tal-Belt Valletta u tkellem ma’ diversi Membri tal-Għaqda Pawlini, fejn qalulna li fid-dawl ta’ din id-deċiżjoni, huma talbu sabiex issir laqgħa urġenti mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jiġu ċċarati l-proposti tal-programm tal-festa tal-10 ta’ Frar bil-għan li t-talba tagħhom tkun milqugħa għal purċissjoni b’mod ridott – dejjem bil-ħarsien tal-protokolli tas-saħħa… Iżda għal xi raġuni din it-talba ġiet injorata.
Il-Membri tal-Għaqda Pawlini saħqu li filwaqt li numru ta’ attivitajiet ġew permessi fl-aħħar jiem u li f’xi uħud minnhom inkissru r-regolamenti abbinati mal-Covid, ma jistgħux jifhmu għalfejn il-purċissjoni ta’ San Pawl li bla dubju hija popolari mhux biss mal-Beltin iżda mad-dilettanti kollha tal-festi, tħalliet barra.
Intant.. f’isem il-Pawlini kollha huwa qed jibqgħu jappellaw għal-laqgha urġenti mal-Awtoritajiet Ċivili sabiex tinstab soluzzjoni u l-purċissjoni ta’ San Pawl li toħroġ titħalla ssir.. dejjem skond il-miżuri neċessarji.