Futbol Sport

Il-Kamerun fit-tielet post tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani…Għada il-finali bejn is-Senegal u l-Eġittu

Il-Kamerun temmew fit-tielet post tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani wara li għelbu lil Burkina Faso permezz tal-penalties wara draw ta’ 3-3. Kienu l-Burkina Faso li fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls, permezz ta’ Steeve Yago, awto-gowl ta’ Andre Onana u Djibril Ouattara. Ir-rimonta tal-Kamerun bdiet fil-71 minuta b’gowls ta’ Stephane Bahoken u doppjetta ta’ Vincent Aboubakar. Bil-partita tintemm 3-3 anke wara l-120 minuta, kienu l-Kamerun li ħarġu rebbieħa 5-3 fl-għoti tal-penalties. Intant għada fit-8.00pm tintlagħab il-finali bejn is-Senegal u l-Eġittu.