Fl-aħħar sigħat pajjiżna kellu 5 vittmi oħra tal-Covid-19. Dan ifisser li fl-aħħar 19-il jum biss il-vittmi tal-virus ammontaw għal 59, bit-total ta’ fatalitajiet sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa laħqu l-565.
Il-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li jinsabu pożittivi għall-virus issa huwa 86 bil-każijiet li qed jingħataw l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jiżdiedu għal 6.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f’Malta u f’Għawdex kellna 195 każ ġdid ta’ Covid-19, bl-ammont ta’ każijiet attivi niżel għal 2,555. L-ammont ta’ persuni li huma meqjusa li fiequ huwa dak ta’ 310.
F’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ ġie spjegat li minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar iċ-ċertifikat tat-tilqim mhux se jibqa’ neċċessarju biex jiġi ppreżentat fir-ristoranti, snackbars.
F’dak il-jum ukoll, se jkunu qed jitneħħew kompletament ir-restrizzjonijiet fid-djar u residenzi privati. Dan filwaqt li mis-7 ta’ Frar se jkunu qed jiġu estiżi l-ħinijiet tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei. B’effett immedjat tfal li għandhom bejn il-5 snin u l-11-il sena u li huma mlaqqma bi sħiħ se jagħmlu biss sebat ijiem kwarantina u fil-21 ta’ Frar tonqsilhom għal 5
Għal kważi dax-xahrejn li ġejjin it-tiġijiet se jibqgħu bl-istess restrizzjonijiet imposti s’issa, filwaqt li l-isport lanqas biss ġie kkunsidrat. Kien spjegat li mill-1 ta’ April ir-restrizzjonijiet marbuta mat-tiġijiet se jkunu qed jinbiddlu bi ftit hekk kif il-persuni li jistgħu jattendu għal tieġ bilwieqfa huma ta’ 300 imlaqqmin, b’tiġijiet seated jibqgħu jammontaw għal 500.
//= $special ?>