Futbol Sport

Jefferson De Assis jikkastiga lill-Ħamrun bi tripletta personali

Ritratt (Joseph Galea)

Rowen Camilleri

GŻIRA U…………..4

ĦAMRUN S……….. 1

Gżira U: D. Zarkov, G. Boher, M. Cosic, , L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (C. Gauci 84’), Z. Scerri, A. Pavic, M. Maia (J. P. Attard 90’), J. De Assis (M. Gauci 90’), J. Mendoza

Ħamrun S.: H. Bonello, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Soares, A. Oyama, S. Borg, F. Sasere, M. Fedele, L. Gambin (C. Ibarguen 60’), P. Dordevic (C. Mercieca 62’), F. El Bakhtaoui

Imwissija: S. Pisani 33’ (G), D. Gojkovic 41’, S. Borg 74′ (Ħ)

Skorjaw: F. Sasere 49’ (Ħ), J. De Assis 55′, 54’, 60’, M. Maia 89’ (G)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Christopher Francalanza

Il-Mument Plejer tal-logħba: Jefferson De Assis (Gżira United)

BOV Plejer tal-logħba: Jefferson De Assis (Gżira United)

Gżira United telgħu momentarjament fil-ħames post meta fl-unika logħba fl-Istadium Nazzjonali għas-Sibt għelbu liċ-champions Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 4-1. Kienu Ħamrun li marru minn fuq fid-49 minuta permezz ta’ Sasere iżda tliet gowls f’perjodu ta’ ħames minuti minn Jefferson De Assis u gowl ieħor ta’ Maxuell Maia fl-aħħar ħinijiet dawwar kompletament il-logħba u taw tliet punti importanti lit-tim immexxi minn Daren Abdilla.

Wara seba’ minuti Gżira marru viċin il-vantaġġ meta kienet ħarba ta’ Mendoza mix-xellug li tefa’ ‘l quddiem fejn sab lil Maia li minn quddiem Bonello ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jaħbat mal-mimduda qabel spiċċa barra. Fis-16-il minuta El Bakhtaoui prova minn barra iżda Zarkov ma’ sab l-ebda diffikultà. Seba’ u għoxrin minuta logħob u Ħamrun b’kontratakk b’Soares jitfa’ ‘l quddiem lejn Sasere li avvanza iżda l-konklużżjoni tiegħu kienet milqugħa parzjalment minn Zarkov u mtajjra mid-difiża. Minuta wara El Bakhtaaoui jipprova xutt mill-ewwel iżda għadda ftit barra. Fil-ħin miżjud kien Soares li rnexxielu jidħol fil-kaxxa, u wara li qabeż difensur tefa’ kross ‘il barra lejn Dordevic li prova mill-ewwel iżda l-ballun kien devjat f’korner mid-difiża. Minuta wara kien Boher għal Gżira li ukoll prova minn barra iżda għadda ftit barra.

Ħamrun ma’ setgħux bdew it-tieni taqsima aħjar hekk kif fid-49 minuta Soares ta ‘l quddiem lejn FRANKLIN SASERE li waħdu quddiem Zarkov ma’ żbaljax.Ħamrun ma’ damux igawdu wisq il-vantaġġ hekk kif Gżira ġabu l-gowl tad-dro fit-52 minuta. Kienet indeċiżżjoni ta’ Darko Gojkovic li zamm il-ballun b’sidru iżda sab lil Steve Pisani li seraqulu u ta mill-ewwel lejn JEFFERSON DE ASSIS li b’lasta prattikament vojta tefa’ ġewwa. Żewġ minuti wara il-Maroons dawwru kompletament il-logħba meta mill-istess naħa li bdiet l-azzjoni tal-ewwel gowl din id-darba kien Nikolai Muscat li daħal fil-kaxxa avversarja u qassam lejn in-nofs fejn reġa’ sab lil JEFFERSON DE ASSIS li faċilment reġa tefa’ wara Bonello. Il-Brażiljan kien għadu mhux lest u fis-60 minuta għaqqad tripletta personali meta kien Maxuell Maia li ħarab mal-lemin u qassam tajjeb lejn in-nofs fejn reġa’ kien hemm JEFFERSON DE ASSIS fil-post it-tajjeb li għat-tielet darba tefa’ ġewwa. Fid-89 minuta Ġżira ssiġilaw ir-rebħa permezz ta’ MAXUELL MAIA li qata’ lid-difiża bil-ġirja u minn qagħda angolata għeleb lil Bonello b’xutt b’saħħtu. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sat-tisfira finali u għalhekk Ġżira jieħu t-tliet punti filwaqt li għal Ħamrun din kienet ir-raba’ logħba mingħajr rebħa.