Luke Vella ta’ 26 sena li jgħix Ħaż-Żabbar, wieġeb mhux ħati ta’ diversi akkużi marbuta ma’ vjolenza domestika fuq omm bintu iżda ser jinżamm arrestat.
Il-każ seħħ fit-30 ta’ Jannar meta l-vittma marret tagħmel rapport l-għassa waqt li f’idejha kienet qed iżżomm ponn xagħar li allegatament qaċtilha l-akkużat waqt argument li seħħ f’San Pawl il-Baħar.
L-argument beda wara telefonata minn numru privat li rċeviet il-vittma.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco, ikkunsidrat in-natura tal-akkużi, il-ksur ta’ kundizzjonijiet marbuta ma’ ħelsien mill-arrest preċedenti, u l-karattru tal-akkużat, fost l-oħrajn u għalhekk ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
//= $special ?>