Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa tas-sena għal Virus fil-Premier

Kenneth Vella

Misjuq minn Michael Ellul, il-Franciz Virus rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier, saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mit-tielet laqgħa tal-istaġun fuq seba’ tiġrijiet kollha tat-trott.

Għaxra kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fit-tiġrija ewlenija. Vangiskan Scott (Charles Camilleri) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ zgħir mill-gdid Finlandiz Araw Hoss (Noel Baldacchino) u Casting De Chenu (Ivan Bilocca). 500m mit-tmiem kien Michael Ellul li poġġa quddiem lil Virus biex eventwalment dan irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet u nofs minn Onceforall Face (Brian Hili) u Casanova Du Corta (Cliferty Calleja). Eagle B Butcher (Jesmar Gafa’) temm fir-raba’ pożizzjoni. Għal Virus din kienet l-ewwel rebħa staġjonali,

Il-programm inkluda wkoll żewġ tiġrijiet tal-ponijiet misjuqa minn tfal li jattendu l-akkademja tat-tiġrijiet. Dawn intrebħu minn Montego ta’ Maison Bilocca u Mystery ta’ Sheldon Farrugia.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Eole De Mahey (M. Fenech) 2. Likearollingstone (R. Gatt) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Artiste d’Alice (C. Camilleri)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quickspin (C. Calleja) 2. Ceravin For Ever (K. Azzopardi) 3. Mystic Accident (N. Baldacchino) 4. Wise Wind (R. Gatt)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Livi Majesty (R. Gatt) 2. Abricot Du Bugey (C. Vassallo) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Mind Your Face (D. Grima)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baxter Du Klau (N. Baldacchino) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Daumesnil (M. Fenech) 4. Bicetre (P. Galea)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ubu Du Metz (P. Galea) 2. Diacre Des Tithais (C. Camilleri) 3. Alex Des Champs (N. Baldacchino) 4. El Azizia (N. Barbara)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Virus (M. Ellul) 2. Onceforall Face (B. Hili) 3. Casanova Du Corta (C. Calleja) 4. Eagle B Butcher (J. Gafa’)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bellina De L’Odon (J. Gafa’) 2. Edson Boko (Ch. Degiorgio) 3. After Eight (R. Gatt) 4. Un Beau Luxor (P. Galea)