Lokali

Pollakk iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għarb Għawdex

Pollakk ta’ 29 sena residenti x-Xewkija, sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għarb, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu fi Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Dyna, misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Għarb, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.