F’ittra mibgħuta lill-Awditur Ġenerali dwar infieq pubbliku għall-pubbliċita’ għall-gvern fil-mezzi tal-Partit Laburista, Repubblika tgħid li ġew pprovokati minn suppliment li deher fl-edizzjoni tas-16 ta’ Jannar 2022 tal-gazetta KulĦadd li hi propjeta’ tal-Partit Laburista. Repubblika tisħaq li ma dehritx pubbliċita’ komparabbli fuq mezzi oħra u allura huwa ċar li dan l-ifieq sar esklussivament u direttament mal-partit fil-gvern.
Repubblika kitbet li dan għandu numru t’ implikazzjonijiet, fosthom;
- “Il.mezzi tal-Partit Laburista huma motivati minn jehhdom li jagħmlu pubbliċita’ lil gvern tal-Partit Laburista. Kwalunkwe spiża dawn il-mezzi jista’ jkollhom biex iġorru l-ispazju li xtara l-Gvern aktarx kienu se jagħmulha xorta. Hu għalhekk raġjonevoli wieħed jikkonkludi li din it-tip ta’ pibbliċita’ hi għata ta’ trasferiment illeġittimu ta’ flus pubbliċi lill-Partit tal-Gvern.”
- “Il-qarrej tipiku tal-mezzi tal-Partit Laburista hu simpatizzanti għall-azzjonijiet tal-Gvern u ammiratur tal-inizjattivi tiegħu mingħajr il-bżonn ta’ nfieq f’pubbliċita’ biex tipperswadih mill-istess. Dan jagħmel dan l-infieq flus moħlija.”
- “Il-Gvern għandu diskrezzjoni assoluta kif u fejn jirreklama u s’issa irrifjuta kull forma ta’ rakkomandazzjoni magħmula fuq mudelli applikanti minn gvernijiet oħra dwar kif għandhom jintefqu flejjes pubbliċi f’pubbliċita’ fuq bażi ta’ skemi predeterminati u fuq kriterji oġġettivi ta’ effettivita’ u valur għall-flus minfuq.”
Repubblika saħqet li huwa ċar li jkun ġustifikat li f’dan il-każ u possibilment f’analiżi usa tal-mod li bih il-Gvern jalloka l-fondi pubbliċi għal xiri ta’ spazju pubbliċitarju fil-mezzi tal-komunikazzjoni jkunu eżaminati mill-perspettiva ta’ valur għall-flus minfuq u t’infieq responsabbli u ekwu tal-fondi pubbliċi.
Għaldaqstant Repubblika talbet lil-Awgitur Ġenerali sabiex jivverifika dawn il-fatti u jieħu l-azzjoni li jidirlu xierqa.
//= $special ?>