Jidher li dalwaqt tasal fi tmiemha l-operazzjoni ta’ salvataġġ sabiex Rayan, ta’ ħames snin jittella’ mill-bir li waqa’ fih fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li jinsabu biss ftit metri ‘l bogħod minn fejn jinsab it-tifel.
Rayan kien irrappurtat nieqes nhar it-Tlieta li għadda, 100 kilometru ‘l bogħod minn Chefchaouen, fil-Marokk.
Huwa mifhum li t-tifel waqa’ madwar 100 pied f’xaqq u spiċċa fil-bir li kien mikxuf peress li missieru kien qed jagħmel xi xogħol fih.
Il-ħaddiema ta’ salvataġġ qed jużaw diversi makkinarji biex tinqata’ trinka ħdejn il-bir. Kif din it-trinka tasal fl-istess fond tal-bir, il-ħaddiema se jibdew jaqtgħu orizzontali sabiex ikunu jistgħu jilħqu lit-tifel.
//= $special ?>