Lokali Mużika

Titħabbar il-mewt ta’ Andrew Sapiano

Tħabbret il-mewt ta’ Andrew Sapiano fl-età ta’ 87 sena. Sapiano kien minn Ħal Luqa u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa tenuri li qatt kien hawn f’pajjiżna.

Andrew Sapiano tista’ tgħid li kanta fil-knejjes kollha f’Malta u f’Għawdex u kif ukoll kanta ‘l bogħod minn xtutna, b’mod partikolari kemm fl-Ingilterra u kif ukoll f’Wales.

Huwa wieħed mit-Three Tenors Maltin li kienu Sapiano, Brian Cefai u Joseph Aquilina.