Il-Prinċep Charles ta’ Wales, fl-aħħar sigħat, radd ġieħ lil ommu, ir-Reġina Eliżabetta, fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Platinum li jirrappreżenta s-70 sena ta’ Eliżabetta bħala Kap tal-Monarkija.
Charles u diversi personalitajiet distinti rreferew għaż-żmien twil, ikkaratterizzat mill-avvenimenti storiċi għar-Renju Unit, mindu l-Prinċipessa Eliżabetta ħadet ix-xettru mingħand ir-Re Ġorġ VI wara l-mewt ta’ missierha fl-1952 . Intant, il-Prinċep, permezz ta’ stqarrija, qal li ‘id-dedikazzjoni tar-Reġina lill-poplu tagħha qed tkompli taspira sens akbar ta’ ammirazzjoni fost in-nies ma kull ġurnata li tgħaddi’.
Ir-Reġina hi l-ewwel Kap tal-Monarkija Britannika li setgħet tiċċelebra 70 sena fuq it-tron u meta hi qed tqatta’ dan il-jum fil-kwiet u fil-kumpanija ta’ qrabatha.
Il-Prinċep Charles, intant, esprima apprezzament għax-xewqa ta’ ommu biex il-mara tiegħu, Camilla, id-Dukessa ta’ Cornwall, tingħata t-titlu ta’ Queen Consort ladarba hu jilħaq Re wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta. Dan ifisser li l-mara ta’ Charles, minn dak il-punt ‘il quddiem, tingħata t-titlu uffiċjali tar-Reġina Camilla bħala ‘ix-xewqa speċifika tar-Reġina Eliżabetta nnfisha’.
//= $special ?>