Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 158 każ ġdid – imutu 4 persuni

Fl-aħħar 24 siegħa sfortunatament il-pandemija ħatfet il-ħajja ta’ 4 persuni; 3 irġiel ta’ 38, 82 u 90 sena kif ukoll mara ta’ 87 sena.

Għaldaqstant l-ammont ta’ fatalitajiet tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin issa żdied għal 569… bi 28 mewta fl-aħħar għaxart ijiem.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li bejn is-Sibt u l-Ħadd pajjiżna rreġistra 158 każ ġdid bil-persuni fl-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għal virus jammontaw għal 84 – inkluż 5 pazjenti li jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 316 persuna u għalhekk preżentament huma 2,393 il-każi attivi ta’ Covid-19 fil-Gżejjer Maltin.