Dħalna fl-Ewropa biex niftħu opportunitajiet ġodda, iżda l-Gvern preżenti qiegħed jittraskura l-vokazzjoni tagħna Ewropea u qed jitlef kontinwament opportunitajiet li jista’ jġib lejn Malta.
Peter Agius, il-Kelliem Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, f’kumment lil Il-Mument dwar il-fondi Ewropej u l-industrija tal-films f’pajjiżna, qal li pajjiżna qed ikun imtellef opportunitajiet tad-deheb mill-Gvern Laburista li moħħu fix-xenxilli u mhux ixomm l-opportunitajiet li pajjiżna jista’ jibbenefika minnhom minn ħdan l-Unjoni Ewropea.
Fil-verità din hi industrija mmexxija b’dilettantiżmu kbir minn persuna li mhux iffukat fuq xogħlu u moħħu aktar fit-tberbiq milli biex jaġevola lill-artisti u lill-produtturi Maltin.
Peter Agius qal li każ ovvju ta’ dan hu li filwaqt li l-Kummissjoni Maltija tal-Films, ċioè l-Gvern, nefaq viċin il-miljun ewro biex jagħmel serata waħda tal-Malta Film Awards, qed jonqos sistematikament li jgħin lill-produtturi tal-films Maltin biex jipproduċu films li jikkompetu fis-swieq internazzjonali.
Qed jonqos partikolarment li jgħin lill-produtturi biex jużaw il-fondi diretti Ewropej.
Din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea ħabbret sejħa ġdida ta’ €226 miljun disponibbli għall-produzzjoni tal-films.
Peter Agius temm li taħt Gvern Laburista Malta ma ħadet xejn minn dawn il-fondi u jidher li se jkomplu jikkonċentraw fuq ix-xinxilli u jibqgħu ma jiggwidawx lis-settur biex juża l-opportunitajiet Ewropej!
//= $special ?>