Kellha tmiem tragiku l-ġrajja tat-tifel ta’ ħames snin li waqa’ f’bir fil-Marokk aktar kmieni din il-ġimgħa – bit-tifel jittella’ bla ħajja mill-ħaddiema tal-emerġenza.
Dan kien konfermat mill-Palazz Irjali tal-Marokk illi qal li r-Re Mohammed bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Rayan Awram.
It-tifel kien ilu ħamest ijiem maqbud f’dan il-bir fil-belt ta’ Tamorot… fejn mal-waqa’ spiċċa maqbud f’fond ta’ 100 pied.
Għal xi ħin kien hemm tama żgħira li Rayan ittella’ ħaj…iżda l-entużjażmu tal-membri tas-salvataġġ malajr inbidel f’dieqa, malli kien konfermat li t-tifel kien miet.
//= $special ?>