Internazzjonali Mużika

Mahmood u Blanco huma r-rebbieħa tal-festival ta’ Sanremo; Morandi fit-tielet post

Is-serata finali ġibdet udjenzi rekord għar-Rai

Il-kanzunetta ‘Brividi’ ta’ Mahmood u Blanco hija r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Sanremo, illi twassal mit-Teatru Ariston quddiem udjenza li ppakjat is-sala u b’miljuni isegwu permezz tat-televiżjoni.

Għal Mahmood, dan kien it-tielet trijonf fuq dan il-palk; l-ewwel bir-rebħa fis-sezzjoni taż-żgħażagħ, imbgħad bir-rebħa ta’ Sanremo fl-2019.

Is-serata ta’ Sanremo ta’ din is-sena fetħet bl-Innu Nazzjonali Taljan, u bil-preżentatur Amadeus ikun akkumpanjat mill-attiriċi Sabrina Ferilli.

Fil-klassifika finali, il-kantanta Elisa klassifika fit-tieni post, filwaqt li Gianni Morandi ġie t-tielet.

Din kienet it-72 edizzjoni ta’ dan il-festival tant popolari madwar l-Ewropa kollha.