Chris Cassar
ŻEJTUN C. ………………… 1
MARSAXLOKK …………… 2
Żejtun C: C. Cassar, D. Agius, C. Borg, M. Boakye, C. Grech, G. Bugeja, C. Da Silva Barbosa, S. Tounkara, D. Xuereb, J. Farrugia, G. Azzopardi
Marsaxlokk: F. Tabone, B. Scerri, I. Zammit, J. Gill, M. Del Negro, A. Caseres, T. Vella, C. Camilleri, W. Serrano, P. Xuereb, N. Micallef
Referee: Andrea Sciriha
Marsaxlokk telgħu fir-raba’ post tal-klassifika grazzi għl rebħa missielta kontra Żejtun, riżultat mill-iktar deludenti għaż-Żwieten li b’hekk naqsu milli japprofittaw miż-żelqa li kellhom Naxxar u b’hekk komplew jitbiegħdu mill-possibilita’ li jiksbu post fil-kampjonat Premier.
L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata fejn Żejtun kellhom xi ftit iktar mil-logħob iżda ma kienux wisq perikolużi filwaqt Marsaxlokk kienu iktar diretti fil-logħob tagħhom u iktar konkreti quddiem il-lasta fejn sfruttaw tnejn mill-ftit ċansijiet li kkrejaw.
Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-23 minuta b’azzjoni ta’ kontrattakk fuq il-lemin fejn Camilleri qassam lejn Neil Micallef li mill-viċin ma falliex. Ir-reazzjoni ta’ Żejtun kienet fjakka u konfuża u fil-ħim miżjud tal-ewwel taqsima Marsaxlokk skorjaw it-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ freekick kien Peter Xuereb li antiċipa lil kulħadd u skorja b’daqqa ta’ ras preċiża.
Fit-tieni taqsima Żejtun ħarġu jfittxu l-gowl li jdaħħalhom fil-logħba u rnexxielhom jagħmlu dan fis-57 minuta b’daqqa ta’ ras preċiża tas-sostitut Renan Sgaria Farias. Żejtun komplew bl-isforzi tagħhom iżda ftit kienu perikolużi.
Għaxar minuti mit-tmiem Marsaxlokk spiċċaw bi plejer inqas meta Gill Cruz dabbar it-tieni karta safra.
Marsa jżommu ‘l pass b’rebħa mqanżħa
MARSA ……………………….. 1
MĠARR U. ………………….. 0
Marsa: A. Cassar, D. Micallef, G. Virano, R. Fenech, L. Brincat, S. Bezzina, R. Darmanin, A. Scicluna, K. Bonello, L. Sciberras, V. Alinho.
Mġarr U: J. Chircop, I. Borg, L. Grech, J. Davies, J. Borg, M. Camilleri, S. Saldanha, C. Gauci, U. Calistus, P. Mota De Lima, M. Attard.
Referee: Daniel Portelli
Marsa żammew ‘l pass mat-timijiet ta’ fuq b’rebħa mill-iktar mqanżħa kontra Mġarr li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar fil-klassifika. Marsa skorjaw fl-ewwel taqsima wara żball fid-difiża ta’ Mġarr u fit-tieni taqsima ngħalqu fid-difiża jiddefendu b’suċċess il-vantaġġ prezzjuż.
Marsa kellhom ħafna iktar mil-logħob fl-ewwel taqsima iżda ma tantx kienu perikolużi quddiem Chircop li ħtieġlu jsalva f’okkażjoni waħda fuq xutt ta’ Ryan Darmanin. Kollox seħħ madwar in-nofs siegħa meta Mġarr kienu ferm sfortunati li ma marru fil-vantaġġ u fuq in-naħa l-oħra Marsa rnexxielhom jagħmnlu dan.
Fit-30 minuta Mġarr kienu verament sfortunati meta xutt ta’ Mota stmpa mal-wieqfa, bl-azzjoni tkompli u bil-ballun jiġi f’saqajn Michael Camilleri li x-xutt tiegħu ħabat m’ sieq il-lasta. Biex tkompli tiġi ħażina għal Mġarr dawn kienu kastigati minuta wara meta Clifford Gauci kkontrolla l-ballun ħażin, bil-ballun jasal għand Luca Brincat li spara l-ballun fix-xibka.
It-tieni taqsima kienet kollha taħt il-kontroll ta’ Mġarr li xeħtu taħt pressjoni lid-difiża ta’ Marsa li kkontrollat tajjeb ferm u Cassar qatt ma kien f’periklu. Marsa viċin li jagħlqu l-logħba meta daqqa ta’ ras ta’ Brincat kienet salvat b’diffikulta minn Chircop li kien ukoll megħjun mil-lasta.
//= $special ?>