Futbol Sport

SPORT EXTRA speċjali dwar Malta GSSE 2023

Fis-sbatax il-programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum fuq NetTV mit-3.20 pm ‘l quddiem huwa wieħed speċjali dwar il-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa – Malta 2023

Charles Camenzuli kien preżenti għall-preżentazzjoni uffiċjali tal-Edizzjoni ta’ Malta 2023 fejn tħejja programm apposta ma’ edizzjoni tal-Logħob li Malta se tkun qed torganizza għat-tielet darba.

Flimkien ma’ filmati dwar l-edizzjonijiet imgħoddija, fl-ewwel parti tal-programm intervista ma’ ENVIC GALEA li fl-1981 kien strumentali biex nibtet l-idea ta’ dawn il-Logħob kif wkoll mal-President tal-Kumitat Olimpiku Malti – JULIAN PACE BONELLO

Fit-tieni parti intervista maċ-Chairmn tal-Kumitat Organizattiv MARK CUTAJAR kif wkoll ma wħud mill-atleti fosthom il-judoka JACKIE XUEREB li fl-1993 kienet rebħet l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta fil-Judo, MARIO AQUILINA li fl-2003 rebaħ il-midalja tad-deheb fl-ibburdjar, il-plejer ta’squash ANNABELLE OLIVIERI MUNROE rebbieħa fl-2011 tal-midalja tad-deheb kif wkoll JEAN PAUL FLERI SOLER li fil-boardsailing rebaħ il-midalja tad-deheb fl-1993

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.