Dalgħodu, diversi individwi pprotestaw quddiem il-Ministeru tas-Saħħa ghaliex insistew li jkellmu direttament lill-Ministru Chris Fearne biex jesprimew ir-rabja taghhom għall-fatt li l-ilbies tal-masrki għadu wieħed mandatorja f’diversi postijiet…. fosthom fl-iskejjel
Nies li kienu preżenti għal din il-protesta stqarrew ma’ Net News li uliedhom qed jispiċċaw ikollhom jilbsu ħafna ħwejjeġ żejda l-iskola minħabba l-fatt li t-twieqi u l-bibien qed jinżammu miftuħa, minkejja li l-istudenti jkunu bil-maskri. B’riżultat li t-tfal qed jispiċċaw iħossu ħafna kesħa.
Diversi individwi staqsew għaliex l-ilbies tal-maskri qed jibqa’ mandatorju f’diversi postijiet tax-xogħol jekk hawn ammont sostanzjali ta’ nies imlaqqma bi 3 dożi.
Rigward il-vaċċin, huma stqarrew wkoll li saħansitra hawn persuni li qed jispiċċaw jitkeċċew minn xogħolhom minħabba li m’humiex imlaqqma.. bin-nies preżenti għall-protesta jisħqu li spiċċajna ‘dittatorjat’
//= $special ?>