Il-Prim Ministru issa ilu ġimgħa li nkixef li kien qed idaħħal €17,000 fix-xahar f’paga minn flus il-poplu, mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ġimgħa li fiha qalilna biss li kien idaħħal dawn il-flus għax ħadem ħafna u ħadem fil-weekend. Żieda ta’ €10,000 meta wiehed iqabbel mal-flus li kien jiehu l-persuna li għamel l-istess xogħol qablu.
Madanakollu, dan il-kuntratt għadu ħadd ma raħ. U minkejja li staħba wara d-dominju pubbliku, xorta evità milli jaghtina d-dettalji tal-kuntratt, li minnu biss kien daħħal €17,000 fix-xahar.
Id-deputati l-oħrajn tal-Labour, jinsabu maqsumin fuq dan l-aħħar skandlu li inqabad fih il-Mexxej Laburista – u t-Tnejn wara nofsinhar, min ħareġ għonqu għal Abela, u min evidenti li ma riedx jiċċapas mal-Prim Ministru.
Minn naħa l-oħra, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, appena sema’ li kellna domanda dwar Robert Abela, ħarab mill-mikrofonu ta’ Net News, filwaqt li dar jiġri fuq il-ġurnalist tat-Times biex żgur jevita li jitkellem dwar l-iskandlu li inqabad fih Robert Abela – skandlu li qed ikompli jħalli qasma u firda fil-Gvern Laburista.
//= $special ?>