Il-Kurunell O’Neill se jkun qed jieħu post is-Sur Mark Mallia, li serva fil-kariga ta’ Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta fis-snin preċedenti.
Il-Kurunell O’Neill ilu jservi fil-Forzi Armati ta’ Malta għal disgħa u għoxrin sena u għandu esperjenza vasta fil-
qasam marittimu.
Fl-2016 huwa ġie appuntat bħala Kurunell tal-Operations, Plans and Intelligence Branch tal- Forzi Armati ta’ Malta. Il-Kurunell O’Neill huwa wkoll lettur fil-Maritime Safety and Security Training Centre (MSSTC), fejn jgħallem persuni militari, kemm Maltin kif ukoll barranin, il-proċess tat-Tfittxija u s-Salvataġġ u l-Liġi Marittima fil-Kuntest Operattiv.
//= $special ?>