Il-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi li l-familji jixtru b’mod regolari qed jibqgħu jiżdiedu, bis-sitwazzjoni tal-għoli tal-ħajja spiċċat bla kontroll. U quddiem dan kollu, is-soluzzjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela kienet ċekk ta’ 100 ewro – mossa deskritta minn bosta bħala daħka fil-wiċċ.
Evidenti r-rabja tan-nies għall-aġir tal-Gvern. Speċjalment issa illi sar magħruf li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed idaħħal 17,000 ewro fix-xahar minn kuntratt wieħed biss…filwaqt li għall-poplu hemm biss 100 ewro. Turija ċara ta’ kemm Robert Abela mhux jagħti każ it-tbatijiet li għaddejjin minnhom in-nies.
B’ħafna minn dawk li kellmuna saħqu li din il-100 ewro żgur mhux se sservi bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika matul ftit tal-jiem ilu ikkonfermaw żieda ta’ aktar minn 5% fi prezzijiet ta’ prodotti tal-merċa – żieda li ċertament tirrifletti r-realtà tal-ħajja li l-poplu qed ikollu jħabbat wiċċu magħha meta joħroġ jixtri. Dan apparti żidiet fil-prezz tal-mediċini…u s-serq ta’ miljuni mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
//= $special ?>