Coronavirus Lokali Saħħa

Imut raġel ieħor bil-Covid-19, 175 każ ġdid

Raġel ta’ 65 sena huwa l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna, bl-ammont ta’ mwiet issa tela’ dak 570. Kaġun tal-imxija fl-aħħar għaxart ijiem kellna 26 mewta.

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn instabu 175 każ ġdid, bl-ammont ta’ każijiet attivi issa jleħħaq 2,331. Tħabbar ukoll li fiequ 236 persuni oħra. Minn 90 każ ta’ Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Il-Ġimgħa tħabbar li minn mit-Tnejn li ġej iċ-ċertifikat tat-tilqim mhux se jibqa’ neċċessarju biex wieħed jidħol fir-ristoranti u snackbars.

Fl-istess jum se jkunu qed jitneħħew kompletament ir-restrizzjonijiet fid-djar u residenzi privati. Dan filwaqt li se jiġu estiżi wkoll il-ħinijiet tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei.

B’effett immedjat tfal li għandhom bejn il-5 snin u l-11-il sena u li huma mlaqqma bi sħiħ se jagħmlu biss sebat ijiem kwarantina u fil-21 ta’ Frar tonqsilhom għal 5

Mill-1 ta’ April ir-restrizzjonijiet marbuta mat-tiġijiet se jkunu qed jinbiddlu bi ftit hekk kif in-numru ta’ persuni li jistgħu jattendu għal tieġ bilwieqfa tela’ għal 300 persuna mlaqqma, b’tiġijiet seated jibqgħu jammontaw għal 500 persuna