Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident li seħħ fi Vjal Sir Paul Boffa Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar meta kien hemm impatt bejn erba’ karozzi.
Immedjatamant fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku u ambulanza sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Iktar tard raġel ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi u raġel ta’ 28 sena minn Raħal Ġdid ittieħdu l-Isptar għal iktar kura iżda jidher li ma sofrewx ġrieħi serji. Iż-żewġ xufiera l-oħra ma sofrew ebda ġrieħi.
Kawża ta’ dan l-inċident kellha tingħalaq it-triq u nħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>